Imut l-eks stilla tal-isnooker Willie Thorne

Ritratt: Facebook/WillieThorne

Tħabbret il-mewt tal-eks stilla tal-isnooker Willie Thorne li kien ukoll kummentatur għall-BBC. Hu kellu 66 sena.

F’Marzu li għadda Thorne sar jaf li kellu lwekimja u l-ġimgħa l-oħra ddaħħal l-isptar fi Spanja minħabba li l-pressjoni tiegħu kienet baxxa ħafna.

Thorne kien kiseb suċċessi fil-qasam tal-isnooker u kien wasal darbtejn sal-kwarti tal-finali tal-Kampjonat Dinji u fl-1985 kien rebaħ ukoll il-Mercantile Credit Classic.

Thorn irtira minn dan l-isport fl-2001.