Imut l-eks segretarju tan-Nazzjonijiet Magħquda, Kofi Annan

Kofi Annan, li għamel żmien iservi bħala segretarju tan-Nazzjonijiet Magħquda miet fl-età ta’ 80 sena wara li kien marid għal xi żmien.

Dan tħabbar minn familtu llum.

Annan, mill-Ghana kien is-seba’ segretarju ġenerali għan-Nazzjonijiet Magħquda u serva bejn l-1997 u l-2006. Hu rebaħ il-premju Nobel għall-paċi tax-xogħol umanitarju li għamel.

Annan twieled fil-Ghana fit-8 ta’ April tal-1938. Hu ħalla waraj lil martu Nane u t-tliet ulied.