Imut l-eks President Franċiż Jacques Chirac

FILE PHOTO: Former French President Jacques Chirac arrives to attend the award ceremony for the Prix de la Fondation Chirac at the Quai Branly Museum in Paris November 21, 2014. REUTERS/Patrick Kovarik/Pool/File Photo

Read in English.

Miet l-eks President Franċiż Jacques Chirac fl-età ta’ 86 sena. Dan ħabbritu l-familja tiegħu. Ir-raġel ta’ bint Chirac qal li l-eks President miet qalb il-familja tiegħu u miet fil-paċi.

Chirac kellu waħda mill-itwal karrieri politiċi fl-Ewropa. Għal snin twal kien qed isofri minn telf kbir tal-memorja. Ma kienx ġie konkluż jekk din kinitx kawża tal-marda Alzheimer’s jew inkella minħabba puplesija li kienet tatu meta kien għadu fil-politika.

Chirac mexxa lil Franza bejn l-1995 u l-2007. Hu nħatar President darbetjn u Prim Ministru darbtejn, filwaqt li għamel 18-il sena Sindku ta’ Pariġi.