Imut l-eks President Eġizzjan Hosni Mubarak

Read in English.

L-eks President Eġizzjan Hosni Mubarak miet fl-età ta’ 91 sena.

Dan tħabbar minn stazzjon tat-televixin lokali, li spjega li Mubarak kien ilu ġimgħat isirulu interventi mediċi.

Mubarak mexxa l-Eġittu għal 30 sena, sakemm ma tneħħa wara protesti kbar kontra t-tmexxija tiegħu fl-2011.

Huwa kien ġie arrestat għal xi snin wara dan l-irvell, imma nħeles fl-2017.