Il-Gvern Malti esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-poplu Amerikan u lill-familja tal-eks President George H.W. Bush, li miet ilbieraħ f’Dallas fl-istat ta’ Texas fl-Istati Uniti. Huwa miet fl-età ta’ 94 sena. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela fi tweet fakkar il-memorja ta’ Bush u qal li kien “patrijott li emmen li l-Istati Uniti trid tmexxi lid-dinja bħala qawwa pożittiva”.
Deeply saddened to hear about the demise of former US President #GeorgeHWBush, a patriot who believed the U.S. should lead the world as a positive force. At this time, our thoughts & prayers are with his family and the American people. @MFAMalta @MaltaGov pic.twitter.com/m3uIl3c8U9
— Carmelo Abela (@AbelaCarmelo) December 1, 2018
Il-Gvern Malti fi stqarrija fakkar kif fi ftit ġranet oħra, id-dinja se tfakkar id-29 anniversarju mill-Malta Summit li sar f’maltemp kbir li ħakem lill-gżejjer Maltin bejn it-2 u 3 ta’ Diċembru tal-1989. Is-Summit kien sar abbord il-bastiment Sovjetiku ‘l barra mix-Xatt ta’ Marsaxlokk.
L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalet li Bush, li kien il-41 President Amerikan, dam jgħix aktar mill-predeċessuri kollha tiegħu. Din l-aħbar tħabbret matul dan il-lejl għall-ħabta tal-11pm. L-eks President Amerikan Barack Obama ddeskrivih bħala l-bniedem li ta ħajtu għas-servizz pubbliku.
F’dan il-filmat tidher il-wasla tal-President Bush fl-1 ta’ Diċembru 1989 fejn intlaqa’ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-President Ċensu Tabone:
Hawnhekk l-eks Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami jidher jilqa’ lil Bush f’Kastilja:
Huwa kien missier l-eks President George W. Bush li serva żewġ leġislaturi bejn l-2001 u l-2008.
Rapport dettaljat jinsab hawn.