Imut l-eks plejer Żvediż Klas Ingesson

L-eks plejer tat-tim nazzjonali Żvediż, Klas Ingesson matul il-lejl li għadda ħalla din id-dinja fl-età ta’ 46 sena.
Ingesson kiber fil-futbol mat-tim ta’ Ödeshög u lagħab ukoll mal-IFK Göteborg fl-Iżveżja.
Kien ħalla wkoll art twelidu biex lagħab fil-Belġju ma’ KV Mechelen, fl-Olanda ma’ PSV Eindhoven, fl-Ingilterra ma’ Sheffield Wednesday, fi Franza ma’ Olimpique Marseille u fl-Italja ma’ Bologna, Bari u Lecce.
Ingesson kien ilu jbati b’lewkemja sa’ mill-2009 u fl-2013 kien sarlu trapjant staminali biex seta’ jaċċetta l-kariga ta’ kowċ mat-tim ta’ IFK Elfsborg.
Fl-aħħar Ingesson kellu jċedi għal marda tal-kanċer u kellu juża wkoll is-siġġu tar-roti.
Ingesson kien il-protagonist ewlieni mat-tim nazzjonali Żvediż, fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li kienet saret fl-Istati Uniti fl-1994. Mat-tim nazzjonali kien lagħab 57 logħba bejn l-1989 u l-1998 u skurja 13-il gowl.