Imut l-eks plejer Vince Vassallo; kellu 76 sena

Ritratt: Malta & International Football Collection

Miet fl-età ta’ 76 sena l-eks footballer Vince Vassallo.

Fl-1959, meta kien għad kellu 15-il sena, Vassallo kien ingħaqad ma’ Rabat Ajax FC u baqa’ magħhom sal-1962. B’kollox kien lagħab 60 partita u skurja xejn anqas minn 60 gowl.

Vassallo kien ukoll lagħab ma’ Valletta Football Club kif ukoll mas-Sliema Wanderers FC u saħansitra mat-tim Nazzjonali għall-partita tat-tim Malta kontra dak libjan fl-1966.

Kondoljanzi lill-qraba tiegħu.