Imut l-eks plejer ta’ United Harry Gregg

Il-leġġenda ta’ Manchester United Harry Gregg miet fl-età ta’ 87 sena.

Huwa kien wieħed mill-ftit li rnexxielu jsalva mill-inċident li t-tim ta’ United kien involut fih fl-1958. Huwa kien għen lil Bobby Charlton u Denis Viollet, fost l-oħrajn, billi ħariġhom minn taħt il-vdalijiet tal-ajruplan li sfortunatament kien ikkraxja waqt titjira.

Gregg u sħabu kienu fi triqthom lura mil-logħba tal-European Cup kontra Red Star Belgrade fis-6 ta’ Frar, meta l-ajruplan li kienu fuqu waqa’.

Huwa kien meqjus bħala l-eroj tat-traġedja, wara li rnexxielu jaħrab il-mewt u għamel kemm seta biex għen lil ħaddieħor isalva. Huwa lagħab 13-il ġurnata biss wara l-inċident.