Imut l-eks player tal-Arsenal Reyes; kellu 35

José Antonio Reyes, l-eks player tal-Arsenal u ta’ Spanja, miet f’inċident tat-traffiku fl-età ta’ 35 sena skont Sevilla.

Il-klabb Spanjol fi tweet ikkonferma din l-aħbar traġika dwar l-istilla ta’ Sevilla José Antonio Reyes. Il-klabb ma żvelax aktar dettalji.

Skont The Guardian, Reyes kien qed jilgħab f’Extremadura  wara karriera li kienet tinkludi tmien snin ma’ Sevilla u anke xi żmien f’Atlético u Real Madrid. Dan il-winger kien parti mill-iskwadra tal-Arsenal bejn l-2003 u l-2004 li spiċċat staġun tal-Premier League bla telfiet. Akkwista 21 international caps għal Spanja.