Imut l-eks Nunzju Appostoliku ta’ Malta Mons. Mario Roberto Cassari

Miet Monsinjur Mario Roberto Cassari, li kien in-Nunzju Appostoliku għal Malta.
Mons. Cassari sar Nunzju Appostoliku ta’ Malta fl-2015 u baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu sa ftit jiem ilu sakemm f’April li għadda l-Papa Franġisku appunta lil Mons. Alessandro D’Errico  bħala Nunzju Appostoliku għal Malta.
Mons. Cassari kien qed jiġi rikoverat fl-Isptar.
Huwa ħadem f’għadd ta’ pajjiżi fosthom fin-Nofsinhar tal-Afrika, f’Botswana, fi Kroazja u f’Burkina Faso.
L-aħħar darba li deher fil-pubbliku kien f’Lulju li għadda.
Fuq Twitter, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna sellem il-memorja tiegħu.