Imut l-eks kap eżekuttiv tal-BOV

Aġġornat 09:11 AM

Read in English.

Illum tħabbret il-mewt tal-eks Kap Ezekuttiv tal-Bank of Valletta, Mario Mallia.

Mallia miet wara li nqalgħu xi kumplikazzjonijeit waqt operazzjoni li daħal jagħmel aktar kmieni llum.

Mario Mallia serva bħala Kap Eżekuttiv mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2019. Huwa kien ilu jaħdem mal-BOV mill-1979 sakemm irtira f’Diċembru li għadda.

L-Assoċjazzjoni tal-Bankiera xxukkjata bl-aħbar

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera esprimiet ix-xokk tagħha għall-aħbar tal-mewt ta’ Mario Mallia, li sejħitlu “kollega ferm rispettat u eks President tal-Assoċjazzjoni.”

Mallia kien membru tal-Assoċjazzjoni u Chairperson għal żewġ mandati.

L-Assoċjazzjoni qalet li hija kburija li ħadmet mill-qrib miegħu u wriet l-akbar kondoljanzi lil Rosette, martu u wliedu, Daniela u Bernard.