Imut l-ekonomista Karm Farrugia

Filmat: One News

Karm Farrugia, ekonomista veteran li kien qrib l-eks Prim Ministru Laburista Dom Mintoff, miet is-Sibt li għadda fl-età ta’ 87 sena.

Farrugia, li kien magħruf għall-fehmiet xellugin tiegħu, għal diversi snin kien jagħti lekċers dwar l-ekonomija u l-industrija fl-Università ta’ Malta.  Għal żmien twil ta sehemu fil-midja dwar is-suġġetti tal-finanzi u l-ekonomija.

Għal xi żmien kien konsulent tal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, kien deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali u Direttur tax-Shipbuilding.

Huwa ngħata l-aħħar tislima nhar it-Tlieta li għadda.