Imut l-edukatur u attur Alfred Mallia

Facebook - Alfred Mallia

Tħabbret il-mewt tal-edukatur u l-attur Alfred Mallia.

Mallia jibqa’ magħruf għall-irwoli tiegħu fis-serje televiżivi F’Baħar Wieħed u Leli ta’ Ħaż-Żgħir.

1977: Alfred Mallia fis-sensiela F’Baħar Wieħed f’ritratt promozzjonali flimkien ma’ Lino Grech, Josephine Zammit Cordina, Inez Farrugia, Karmen Azzopardi u Victor Grech fost oħrajn.

It-TVM qal li Mallia miet fl-età ta’ 70 sena.

Mallia kien ha sehem ukoll fil-film Black Eagle ta’ Jean Claude Van Damme li kien inħadem Malta. Kellu rwoll ukoll f’A Fine Romance, serje Ingliża. Ħadem fl-episodju Below Suspicion, li kien inħadem Għawdex.

Campus FM isellem il-memorja ta' Alfred Mallia, edukatur, attur, qarrej u gentlom. Se nwasslulkom intervista…

Posted by Campus FM 103.7 on Sunday, May 3, 2020

Il-PN jsellem lil Alfred Mallia

Fi stqarrija l-PN sellem il-memorja ta’ Mallia li kien ukoll Direttur fil-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-Partit Nazzjonalista ta l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.