Imut l-attur u mudell Godfrey Gao; kellu 35 sena

Waqt li kien fuq is-sett tar-reality show sportiv Chase Me, l-attur ta’ 35 sena Godfrey Gao ħassu ħażin. Fil-mument li ġara dan hu kien qed jilgħab logħba partikolari mal-paretċipanti l-oħra fuq l-istess reality show li kien qed jinħadem f’Singapore.

Gao, li hu meqjus bħala wieħed mill-aktar mudelli mfittxija fit-Tajwan huwa ta’ oriġini Kanadiża. Huwa kien l-ewwel mudell Ażjatiku li deher f’kampanja ta’ reklamar ta’ Louis Vuitton, lura fl-2011.

Bħala attur Gao huwa magħruf l-aktar għas-sehem tiegħu fil-film ta-2013 The Mortal Instruments: City of Bones.

Huwa ħadem ukoll fis-sensiela Never Give Up Dodo, God of a War Zhao Yun u Remembering Lichuan. Fost l-aħħar xogħlijiet tiegħu nsibu Shanghai Fortess, Legend of the Ancient Sword, The Jade Pendant u Love Is A Broadway Hit.