Imut l-attur Tony Scannell ta’ The Bill

Ritratt: Carlton TV

L-attur Irlandiż Tony Scannell miet fl-età ta’ 74 sena. Għal 9 snin hu kien jinterpreta lil DS Ted Raoch fis-sensiela polizjeska Ingliża The Bill.

Scannell kellu karriera twila wkoll fiċ-ċinema u ħadem fost oħrajn fil-films Walking the Dead, Evil Never Dies kif ukoll Flash Gordon.

L-aħbar tal-mewt tiegħu ġiet imxandra fuq il-midja soċjali għalkemm ma ħareġ l-ebda tagħrif dwar x’wassal għall-mewt tiegħu.

Imwieled f’Cork fl-Irlanda fl-1945, Tony Scanell kien iben Thomas Scannell, li għal snin twal kien il-goalkeeper tat-tim tal-futbol tar-Repubblika tal-Irlanda.