Read in English.
Tħabbret il-mewt tal-attur Taljan Gigi Proietti. Hu miet fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, propju fil-jum li huwa għalaq it-t80 sena tiegħu.
L-attur popolari Taljan miet minħabba f’kumplikazzjonijiet li kellu f’qalbu. Hu kien qed jinżamm għall-kura intensiva fl-aħħar ġranet. Madanakollu l-kundizzjoni tiegħu bdiet tiggrava matul il-jum tal-Ħadd.
Fl-2010 Proietti kien ukoll iddaħħal fl-isptar minħabba problemi f’qalbu.
Fost l-aħħar films li hu ħadem fihom insibu Ma Tu Chi De Segno Sei? kif ukoll Pinocchio.