Imut l-attur ta’ Riverdale Luke Perry

L-attur Luke Perry li kien jaħdem f’Beverly Hills, 90210, u Riverdale miet fl-età ta’ 52 sena wara li kellu stroke l-ġimgħa l-oħra.

Rappreżentant ta’ Perry qal li Perry miet imdawwar bil-qraba u l-ħbieb tiegħu.

Perry sar famuż f’Beverly Hills, 90210 u kien qed jinterpreta l-parti ta’ Fred Andrews fis-serje ta’ Netflix Riverdale.

Skont il-BBC, Perry ittieħed l-isptar l-Erbgħa li għadda f’Los Angeles, fejn kien qed jiġbed xeni għal Riverdale fl-istudios ta’ Warner Bros.

Skont TMZ Luke twieled f’Mansfield Ohio u beda l-karriera tiegħu fuq it-televiżjoni u fil-films fil-bidu tas-snin 80.