Imut l-attur ta’ Glee Mark Salling

L-attur Mark Salling, magħruf l-aktar għall-irwol tiegħu fis-serje Glee miet fl-età ta’ 35 sena.
Skont il-midja, l-attur instab mejjet f’ Los Angeles wara li kkommetta suwiċidju. Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti għadhom ma kkonfermawx il-mewt tal-attur.
Salling kien qed jistenna li jingħata sentenza mill-Qorti wara li ammetta li kien fil-pussess ta’ pornografija tat-tfal. Is-sentenza kellha tinqata’ f’Marzu li ġej.
Huwa kien jinterpretà l-karattru ta' Noah "Puck" Puckermen fi Glee bejn l-2009 u l-2015.
Jekk inti għaddejj minn xi mument diffiċli f'ħajtek, tista' ċċempel lill-Aġenzija Appoġġ fuq in-numru 179.