Imut l-attur ta’ Black Hawk Down

Miet l-attur tal-film Black Hawk Down, Sam Shepard fl-età ta’ 73 sena.
Huwa kiteb aktar minn 40 reċta u rebaħ il-premju Pulitzer għad-drama Buried Child fl-1979.
Sam Shepard kien innominat għall-premju Oscar għall-film tal-1983 The Right Stuff.
Familjari tiegħu qalu li miet id-dar f’Kentucky nhar il-Ħamis.
L-ewwel film kbir li ħa sehem fih kif Terrence Malik's Days of Heaven fl-1978.
Huwa ħa sehem ukoll fit-thriller psikoloġiku Never Here li kellu l-premiere x-xahar li għadda.