Imut l-attur Sir Ian Holm; ħadem f’Lord of the Rings

Read in English.

Ġiet ikkonfermata l-aħbar tal-mewt tal-attur veteran Ingliż Sir Ian Holm. Huwa kellu 88 sena.

L-attur miet fi sptar fejn kien qiegħed jiġi kkurat minħabba fil-Parkinson’s.

Sir Ian Holm kien rebaħ bosta unuri fil-karriera tiegħu fosthom it-Tony Award, u kien stabbilit mar-Royal Shakespeare Company. Huwa wkoll meqjus bħala wieħed mill-atturi favoriti ta’ Harold Pinter.

Tul il-karriera twila twila, Sir Ian Holm kien ħadem b’suċċess fil-films Chariots of Fire, The Fifth Element, Alien, The Sweet Hereafter, Time Bandits, The Emperor’s New Clothes u The Madness of King Georgem iżda bla dubju li fl-aħħar snin kiseb għarfien inetrnazzjonali għall-interpretazzjoni tiegħu ta’ Bilbo Baggins fil-filsm ta’ The Hobbit u Lord of the Rings.

Sir Ian Holm kien ġie Malta darbtejn biex jieħu sehem fil-film Shout at the Devil (1976) u The Emperor’s New Clothes (2001).