Imut l-attur Sam Lloyd ta’ Scrubs

Ritratt: NBC

Read in English.

Miet fl-età ta’ 56 sena l-attur Amerikan Sam Lloyd magħruf l-aktar għall-parti ta’ Ted Buckland fis-sensiela Scrubs wara kumplikazzjonijiet li kellu minħabba kanċer li ħariġlu s-sena l-oħra.

B’karriera ta’ aktar minn 30 sena bħala attur huwa spikka f’numru kbir ta’ produzzjonijiet fosthom bħala Dr Albert Goldfine f’Desperate Housewives, u bħala Walker f’The Middle. Il-karattru ta’ Ted Buckland interpretah ukoll f’xi episodji mis-sensiela Cougar Town.

L-attur kellu bosta problemi finanzjarji tant li s-sena l-oħra ma setax iħallas l-ispejjeż għat-trattament tal-kanċer, u għalhekk il-kollegi tiegħu fuq is-sensiela Scrubs organizzaw fond biex jiġbru l-flus biex jgħinuh.