Imut l-attur Robert Forster tas-serje Breaking Bad

Proprju lbieraħ filgħaxija, il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru, fil-jum li ħareġ għall-wiri l-aħħar film tiegħu El Camino: A Breaking Bad Movie, l-attur Robert Forster miet fid-dar tiegħu fl-età ta’ 78 sena.

L-attur miet kaġun ta’ tmur li kellu f’moħħu.

Forster kien jinterpreta l-karattru ta’ Ed Galbraith fis-serje oriġinali ta’ Breaking Bad, li minnu ħareġ il-film El Camino, li huwa l-aħħar xogħol tiegħu bħala attur.

Robert Forster beda l-karriera tiegħu fl-1967 u ħadem f’numru kbir ta’ films fosthom The Delta Force (1986) kif ukoll Jackie Brown ta’ Quentin Tarantino (1997), film li għalih kien nominat għall-Oscar bħala Best Supporting Actor.