Imut l-attur Michael Lonsdale; ħadem f’Moonraker

Michael Lonsdale. Ritratt: Georges Biard

Miet fl-età ta’ 89 sena l-attur Ingliż – Franċiż Michael Lonsdale li kellu karriera twila bħala attur iżda jibqa’ mfakkar għall-parti tal-kattiv Hugo Drax fil-film Moonraker ta’ James Bong li kien ħareġ fl-1968.

Michael Lonsdale bħala Hugo Drax fil-film Moonraker ta’ James Bond

L-attur beda l-karriera tiegħu fl-1956 u baqa’ attiv sal-2016. Ħadem f’numru kbir ta’ produzzjonijiet Franċiżi iżda oħra internazzjonali.

Apparti f’Moonraker l-attur ħa sehem ukoll A Bullet in The Gun Barrel, The Itchy Palm, Behold A Pale Horse, The Day of the Jackal, The Remains of the Day, Don Juan u Ronin, fost ħafna oħrajn.

Il-producers tal-films ta’ James Bond, Michael G Wilson u Barbara Broccoli sellmu l-memorja ta’ Lonsdale permezz ta’ messaġġ fuq Twitter fejn iddeskrivewh bħala attur straordinarju.

Apparti li kien attur, Michael Lonsdale kien ukoll awtur ta’ 10 kotba.