Imut l-attur John Saxon; kellu 83 sena

Tħabbret il-mewt tal-attur Amerikan John Saxon fl-età ta’ 93 sena. Hu miet b’kumpikazzjonijiet ta’ prewmonja fir-residenza tiegħu f’Murfreesboro, Tennessee. Kienet il-mara tal-attur, Gloria Martel Saxon, li ħabbret il-mewt tiegħu b’mod uffiċjali. Għalkemm l-aħbar ħarġet fl-aħħar sigħat, l-attur miet is-Sibt 25 ta’ Lulju.

John Saxon kien iddebutta bħala attur fl-1954 u ħadem f’aktar minn 200 produzzjoni għat-televiżjoni u għaċ-ċinema.

Fost il-films li ħadem fihom insibu Enter the Dragon (ma’ Bruce Lee) kif ukoll bħala Lt. Thompson f’A Nightmare on Elm Street, Nightmare on Elm Street 3: Dream Warriors, u Wes Craven’s New Nightmare.

Fuq it-televiżjoni deher f’episodji minn Starsky & Hutch, Six Million Dollar Man, Hawaii Five-0, Vega$, Quincy M.E., Magnum P. I., u Fantasy Island.

Kellu wkoll partijiet aktar regolari f’sensiliet bħal Dynasty u Falcon Crest.