Imut l-attur Jerry Stiller ta’ Seinfeld

Read in English.

Tħabbret il-mewt tal-attur Jerry Stiller fl-età ta’ 92 sena. Huwa jibqa’ magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni tiegħu tal-karattru ta’ Frank Costanza fis-sensiela Seinfeld, li nħadmet bejn l-1993 u l-1998. B’kollox huwa kien ħadem f’26 puntata minn din is-sensiela.

L-attur huwa wkoll missier l-attur Ben Stiller, li ħabbar b’mod uffiċjali permezz ta’ Twitter li missieru miet.

Matul is-snin l-attur ħa sehem f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet li jinkludu The Ed Sullivan Show, The King of Queens, Fish Hooks u Tattingers.

Huwa ħa sehem ukoll fil-film Zoolander 2 kif ukoll fil-film televiżiv Zoolander: Supermodel.

Ritratt: Twitter/BenStiller

Skont l-attur Ben Stiller, missier miet b’kawża naturali.