Imut l-attur Jay Benedict tal-film Aliens

Miet fl-etá ta’ 68 sena l-attur Amerikan Jay Benedict magħruf l-aktar għas-sehem tiegħu f’films bħal Aliens u The Dark Knight Rises. Hu kien jaħdem ħadem ukoll f’għadd ta’ films oħra, fosthom tnejn minn ta’ Rosamunde Pilcher kif ukoll il-miniserje Hemingway u s-sensiela Foyle’s War.

Fis-snin 90 kien jaħdem ukoll fis-soap opera Ingliża Emmerdale. Deher ukoll f’sensiliet bħal Casualty u The Bill.

Għalkemm l-aħbar tal-mewt tiegħu ħarġet ftit tal-ħin ilu, hu rrappurtat li l-attur miet jumejn ilu, nhar l-4 ta’ April.

Jingħad li l-mewt ta’ Benedict ġrat wara kumplikazzjonijiet li nqalgħu wara li kien infettat bil-coronavirus.

Benedict b’hekk jinsab fil-lista ta’ bosta personalitajiet li miet fl-aħħar ġranet minħabba dan il-virus. Personalitajiet oħra li ssemmew dan l-aħħar jinkludu l-kantant tal-mużika country Joe Diffie, il-komiku Ingliż Eddie Large, kif ukoll l-awtur ta’ bosta kanzunetti Alan Merrill.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn