Imut l-attur Irrfan Khan ta’ Slumdog Millionaire

Ritratt: Peter Sorel/Twentieth Century Fox

Read in English.

L-attur Irrfan Khan li hu magħruf għall-partijiet li interpreta f’films bħal Life of Pi, Jurassic World, The Amazing Spider-Man u Slumdog Billionaire, miet f’Mumbai fl-Indja fl-età ta’ 53 sena.

L-attur kien ħadem ukoll f’għadd ta’ films ta’ Bollywood. L-ewwel parti tiegħu li kisbitlu suċċess kien meta ħadem fil-film The Warrior, b’direzzjoni ta’ Asif Kapadia, li kein ukoll fil-bidu tal-karriera tiegħu.

Kien fl-2018 li l-attur Irrfan Khan, permezz ta’ tweet, kien ħabbar li kien instablu tumur u matul is-sena l-oħra kien għaddej minn trattament għall-kanċer.

Is-Sibt li għadda, il-25 ta’ April, Saeeda Begum, omm l-attur mietet fl-età ta’ 95 sena u Khan seta jsegwi l-funeral tagħha permezz ta’ filmat.