Imut l-attur Fred Willard ta’ Modern Family

Tħabbret il-mewt tal-attur Fred Willard fl-età ta’ 86 sena. Kienet bint l-attur, Hope Mulbarger, li tat l-aħbar b’mod uffiċjali. Il-mewt tal-attur kienet b’kawża naturali.

B’karriera ta’ aktar minn 50 sena fil-films u t-televiżjoni, Willard interpreta lil Fred Dunphy f’14-il puntata mis-sensiela Modern Family. Interpreta wkoll il-karattru ta’ John Forrester b’seba’ puntati mis-soap opera Amerikana The Bold & The Beautiful, kif ukoll lil Hank MacDougall f’14-il puntata minn Everybody Loves Raymond.

Fred Willard ma’ John McCook f’The Bold & The Beautiful

Fl-1999 kien interpreta l-karattru ta’ Mission Commander fil-film Austin Powers 2: The Spy Who Shagged Me.