Miet fl-etá ta’ 78 sena l-attur Skoċċiż Eddie Large, li jibqa’ magħruf l-aktar bħala n-nofs tad-duo popolari Little and Large. In-nofs l-ieħor kien jinterpretah Syd Little, li ismu proprju hu Cyril Mead.
Eddie Large twieled nhar il-25 ta’ Ġunju u miet matul il-jum tat-2 ta’ April. Hu miet fi sptar fi Bristol fejn kien rikoverat minħabba f’qalbu u ġie nfettat bil-coronavirus.

Ismu proprju kien Edward Hugh McGinnis u kien miżżewweġ. L-attur kien missier ta’ tlieta u anki nannu ta’ tlieta.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.