Imut l-attur Danny Aiello; kellu 86 sena

John Turturro, Danny Aiello, Richard Edson, fil-film Do The Right Thing

Tħabbar li l-attur Danny Aiello li nafuh f’għadd ta’ films fosthom Monnstruck ma’ Cher, Do the Right Thing, Once Upon a Time in America, The Godfather Part II, Little Italy u fis-sensiela The Last Don, miet ilbieraħ il-Ħamis 12 ta’ Diċembru.

Ħafna jafuh ukoll bħala missier Madonna fil-vidjow mużikali tagħha ta’ Papa Don’t Preach.

Apparti li jirreċta, Aiello kien ukoll mużiċist u anki kantant u ħareġ ukoll albums bħal I Just Wanted to Hear the Words (2004), Live from Atlantic City (2008) u My Christmas Song for You (2010).

Kien ukoll deher ikanta anki f’films bħal Hudson Hawk (1991) u Once Around (1991).

Ritratt: Twitter/Cher

Aiello miet fi sptar fi New Jersey wara li fl-aħħar żmien marad. Hu kellu 86 sena. Hu kien miżżewweġ lill-producer Sandy Cohen.