Imut l-attur Brian Dennehy ta’ Rambo: First Blood

Miet fl-età ta’ 81 sena l-attur veteran Brian Dennehy. Il-familja tiegħu tqarret i hu miet fil-lejl li għadda b’kawża naturali.

Filwaqt li bosta jafuh bħala Dominic Wilkinson fis-sensiela The Blacklist, Dennehy hu magħruf għal ħafna partijiet oħra li ħadem matul is-snin fosthom ma’ Sylvester Stallone fl-ewwel film ta’ Rambo bl-isem ta’ First Blood.

Sylvester Stallone u Bran Dennehy f’xena mill-ewwel film ta’ Rambo, “First Blood”.

Dennehy kien ħadem ukoll fil-films Cocoon u Cocoon: The Return kif ukoll ħa sehem f’numru kbir ta’ films oħra għaċ-ċinema u anki deher f’għadd ta’ sensiliet televiżivi fosthom Knots Landing, Dynasty, The Good Wife u Jack Reed: Badge of Honor.

Huwa baqa’ attiv sal-aħħar u fil-fatt għad hemm tlett films li ħa sehem fihom u li għad iridu joħorġu għall-wiri: Son of the South, Long Day Journey u The Adventures of Buddy Thunder.