Imut l-attur Ben Cross; ħadem f’Chariots of Fire

Ben Cross f'Chariots of Fire

Miet fl-età ta’ 72 sena l-attur Ben Cross li jibqa’ mfakkar għall-parti tal-atleta Harold Abrahams fil-film Chariots of Fire.

Kienet Lauren, waħda miż-żewġt ulied ta’ Cross, li ħabbret uffiċjalment li l-attur miet fi Vienna fl-Awstrija. Mid-dettalji li ħarġu, l-attur kien marad dan l-aħħar u saħtu għelbet għall-aħħar fl-aħħar ġranet.

Fost il-films li Ben Cross ħadem f’dawn l-aħħar snin insibu Star Trek tal-2008 fejn interpreta lil Sarey, missier Spock.

Ben Cross kien ukoll interpreta lill-Prinċep Karlu fil-film William & Kate: The Movie (2011).

Ben Cross kien għadu kif lesta jaħdem fil-film tal-biża’ The Devil’s Light u aktar tard din is-sena se jkun qed jidher fil-parti ewlenija fil-film romantiku Last Letter From Your Lover li hu kien lesta ħadem ftit tax-xhur ilu.