Imut l-attur Aron Einsberg ta’ Star Trek: Deep Space Nine

Tħabbret uffiċjalment l-aħbar tal-mewt tal-attur Aron Einsberg li kien jinterpreta l-karattru ta’ Nog fis-sensiela fantaxjentifika Star Trek: Deep Space Nine.

Kienet martu Malissa li ħabbret fuq is-sit soċjali Facebook li żewġħa miet ilbieraħ, is-Sibt 21 ta’ Settembru fl-età ta’ 50 sena.

Huwa ħadem f’għadd ta’ produzzjonijiet oħra bħal Amityville 4: The Evil Escapes, Straight Up, Parker Lewis Can’t Lose, Tales from the Crypt, The Division, General Hospital, u films bħal The Liars’ Club, Puppet Master III, Streets, u House 3.

Fl-aħħar snin hu kien irtira mix-xena tat-televiżjoni u l-films u kien qed jaħdem bħala fotografu.

Il-kawża tal-mewt ta’ Einsberg kienet minħabba problemi fil-kliewi, li ilu jsofri minnhom sa mit-twelid.