Imut l-attur Ingliż Nicky Henson; kellu 74 sena

Wara 19-il sena jiġġieled il-kanċer, l-attur Ingliż Nicky Henson tilef il-battalja tiegħu nhar il-Ħadd li għadda fl-età ta’ 74 sena. Huwa kien magħruf sew fix-xena teatrali Ingliża kif ukoll dik televiżiva fejn ħadem f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet popolari.

Fost dawn insibu ‘l karattru ta’ Jack fis-soap opera Ingliża EastEnders fejn b’kollox deher f’36 puntata.

Nicky Henson am’ Barbara Windsor f’xena minn EastEnders

Deher ukoll f’xi puntati tas-sensiela Downton abbey fil-karattru ta’ Charles Gigg.

Bħala Charles Gigg fis-sensiela Downton Abbey

Fis-snin imgħoddija kien ħareġ ukoll kanzunetat u saħansitra kellu kuntratt ta’ 3 snin biex jikteb kanzunetti għal Cliff Richard u The Shadows.