Imut l-artist Tony Preca

Read in English.

Tħabbret il-mewt tal-artist Malti Tony Preca. F’messaġġ li kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Dr Alfred Sant iddeskrivieh bħala “ħabib ġenwin, artist ta’ talent, raġel ta’ intelliġenza u ta’ impenn”

Hu żied jgħid ukoll li “ix-xogħlijiet tiegħu l-aktar ta’ disinn imma mhux biss, jmorru ħafna aktar lura minn hekk… u ‘l quddiem”.

Dr Alfred Sant kompla jgħid li “Tony kien raġel fil-veru sens tal-kelma, sinċier u leali lejn il-prinċipji”, filwaqt li wassal il-kondoljanzi profondi f’dan iż-żmien ta’ sogħba lil Joyce, martu, lil bintu u lill-familja kollha.

Ritratt: Facebook/AlfredSant

Intant il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Tony Preca li għal snin twal kien jippubblika karikaturi f’ “Il-Ħelsien” meta dan reġa’ beda joħroġ fis-sena 1987. Kien hu wkoll li ddisinnja l-format għall-ġurnal Laburista li beda jinħareġ wara “Il-Ħelsien” – “il-Kullħadd”.

Il-Partit Laburista bagħat il-kondoljanzi lill-qraba u dawk kollha viċin tiegħu.

Il-qoxra tal-ktieb Anatomija ta’ Lino Spiteri. Pubblikazzjoni KKM ippubblikat fl-1980. Qoxra ta’ Tony Preca.