Imut l-artist Harry Alden

L-artist Harry Alden tilef ħajtu fl-età ta’ 89 sena.

Huwa jibqa’ mfakkar bħala l-persuna li fis-sittinijiet f’Malta introduċa teknika magħrufa bħala hard-edge. Apparti milli għall-arti tiegħu, kien magħruf u maħbub ukoll bħala għalliem tal-arti. Kienu bosta l-eks studenti tiegħu li kitbu kemm iddispjaċiehom bil-mewt tiegħu fuq Facebook, peress li jiftakruh bħala għalliem kalm u paċenzjuż.

Alden twieled fil-Belt Valletta fil-15 ta’ Diċembru tal-1929. Beda jistudja l-arti sa minn età żgħira. Meta kellu 33 sena, rebaħ scholarship biex ikompli l-istudji tiegħu fi Croydon College of Arts fir-Renju Unit. Hemmhekk kien student tal-artisti barranin Bridget Riley, Allen Jones u John Hoyland. Għallem fil-Kulleġġ ta’ San Mikiel, u kien prinċipal fl-Iskola tal-Arti tal-Gvern. Rebaħ ukoll numru ta’ premji għall-arti tiegħu. Fl-2007 ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika u fl-2013 ingħata l-Midalja tad-Deheb mingħand il-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce.

The Department is deeply saddened by the passing of Harry Alden, an artist and educator. He is remembered for his bold…

Posted by Department of Art and Art History – University of Malta on Thursday, July 11, 2019

Huwa kien miżżewweġ lil Rose, u kellu tifel jismu Marc, kif ukoll żewġ neputijiet. Alden huwa z-ziju tal-eks kandidat għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali mal-Partit Demokratiku, Timothy Alden, u tal-kantanta u waħda mill-membri tal-ġurija fuq X Factor Malta, Alexandra Alden.

Rest in peace Uncle Harry, who so many will remember for his art and his teaching. There were few people in Sliema who I…

Posted by Timothy Alden on Thursday, July 11, 2019