Imut l-anzjan li waqa’ minn fuq sellum fl-Armier

Miet l-anzjan li tlett ijiem ilu waqa’ minn fuq sellum waqt li kien jaħdem fuq saqaf ta’ kamra fl-Armier.
Għal dawn l-aħħar jumejn, ir-raġel kien rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.
L-anzjan, li għandu 63 sena mill-Gżira, waqa’ madwar sular fi Triq il-Gambli.

Ritratt: Ian Noel Pace