Imut l-anzjan li nstab mitluf minn sensieh

L-anzjan ta’ 70 sena li nstab mitluf minn sensieh fir-residenza tiegħu f’Ħal Luqa nhar il-Ġimgħa li għadda, miet ilbieraħ filgħaxija.
Qraba tal-anzjan rrappurtaw li kienu ilhom ma jarawh għal bosta ġranet. Il-Pulizija daħlet fir-residenza tiegħu fejn instab l-anzjan.
Ambulanza li ssejħet fuq il-post ħaditu Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija għadha għadejja bl-investigazzjonijiet tagħha filwaqt li infetħet inkjesta maġisterjali.

Ritratt: Malta Police Force fuq Facebook