Imut l-ambjentalista Joe Sultana

Illum tħabbret il-mewt tal-ambjentalista u orintologu Joe Sultana fl-età ta’ 78 sena. Hu kien jinsab f’siġġu tar-roti minħabba li fl-aħħar xhur kien marad. Hu jiġi missier il-Kap Eżekuttiv tal-BirdLife Malta, Mark Sultana.

Sultana twieled ix-Xagħra Għawdex, fejn ħa l-edukazzjoni tiegħu. Hu għallem fi skejjel tal-Gvern sal-1977 u minn hemm baqa’ dejjem javvanza sakemm fl-1995 laħaq il-kariga ta’ uffiċjal prinċipali għall-ambjent fi ħdan Villa Psaigon.

L-eks-Kap tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola qal fuq Facebook li issa jinsab f’armonija vera man-natura.

Joe Sultana A true environmentalist. Now he is in real harmony with nature. R.I.P.

Posted by Arnold Cassola on Tuesday, September 11, 2018