Imut l-Ambaxxatur Malti Charles Vella

Tħabbret il-mewt tal-eks-Ambaxxatur Malti Charles Vella fl-età ta’ 88 sena.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin esprimiet il-kondoljanzi tagħha mal-famila tiegħu. Hu ngħaqad mal-Ministeru fl-1967. Fil-karriera diplomatika tiegħu serva fuq diversi ħidmiet barra minn Malta, b’mod speċjali man-Nazzjonijiet Magħquda.

Hu kien ġie appuntat bħala r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u fl-istess żmien serva bħala l-Ambaxxatur Malti għall-Belġu fl-1991, għaċ-Ċina fl-1995 u bħala ambaxxatur mhux residenti tal-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Vietnam u l-Filippini.