Imut kunsillier Nazzjonalista ta’ Ta’ Xbiex

Tħabbret il-mewt ta’ Anthony Cachia Castelletti, li kien kunsillier Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex.
Sa mill-1993, Anthony ta kontribut lill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, għajr għas-snin 1999 u 2002.
L-aħħar tislima se tingħata nhar l-Erbgħa fis-2pm, fil-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex.
Il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi tiegħu.