Imut Kirk Douglas fl-età ta’ 103 snin

Read in English.

L-attur leġġendarju Kirk Douglas, missier l-attur Michael Douglas, miet fl-etá ta’ 103 snin. Huwa twieled nhar id-9 ta’ Diċembru 1916.

L-attur kien jismu proprju Issur Danielovitch Demsky u ddebutta bħala attur fl-1946 fil-film The Strange Love of Martha Ivers flimkien ma’ Barbara Stanwyck. Mill-ewwel beda jikseb suċċess, tant li fis-Snin 50 kienet wieħed mill-artisti l-kbar ta’ Hollywood, l-aktar fil-films western u dawk tal-gwerra.

Ħadem f’aktar minn 80 film u jibqa’ l-aktar magħruf għall-parti li huwa ħadem fil-fim Spartacus.

Il-mara ta’ Kirk Douglas, Ann Budyens, li għandha 102 sena, għadha ħajja. Ilhom miżżewwġa għal aktar minn 65 sena. Minbarra lil Michael, Kirk Douglas kien ukoll missier ta’ tlieta oħra, Joel, Peter u Eric. Dan tal-aħħar kien miet fl-2004.