Imut Kenny Rogers; kellu 81 sena

Read in English.

Miet fl-età ta’ 81 sena l-kantant tal-mużika country Kenny Rogers magħruf għal bosta suċċessi bħal The Gambler, kif ukoll Islands in the Stream ma’ Dolly Parton, Coward of the County, Lucille, Sweet Music Man u Lady.

Rogers miet fid-dar tiegħu b’kawża naturali.

Minħabba fil-pandemija tal-coronavirus il-familjari tiegħu ħabbru li l-funeral se jkun wieħed privat f’data li titħabbar aktar ‘il quddiem.

Ix-xahar id-dieħel fuq it-televiżjoni Amerikana se jkun qed jixxandar dokumentarju dwar dan il-kantant rebbieħ ta; tlett Grammy Awards. Dan id-dokumentarju ilu li kien pjanat sa minn mindu huwa għamel l-aħħar tour tiegħu fl-2015.