Imut Karl Pace; weġġa’ fin-nirien li ħakmu d-dgħajjes fl-Imġarr

Read in English.

Karl Pace, ir-raġel ta’ 34 sena li f’Ġunju li għadda weġġa’ fin-nirien li qabdu fuq għadd ta’ dgħajjes fil-Port tal-Imġarr, miet mal-jum.

Il-Pulizija fi stqarrija kkonfermat li r-raġel tilef ħajtu aktar kmieni llum fl-isptar Mater Dei. Skont rapporti jidher li r-raġel kelli partijiet minn ġismu li kienu nħarqu bin-nirien u kien f’kura intensiva għall-ġimgħat ta’ wara l-inċident.

L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tas-26 ta’ Ġunju meta erba’ jottijiet ħadu n-nar. Dawn kienu sorġuti fil-marina tal-Port tal-Imġarr f’Għawdex.

Fil-jiem ta’ wara saret ħidma biex il-jottijiet jittellgħu mill-baħar.