
L-attur John Reilly li ħafna jiftakru fil-karattru ta’ Sean Donley fis-soap opera Amerikana General Hospital miet fl-età ta’ 84 sena.
L-aħbar ingħatat fuq Instagram minn bint l-attur, l-attriċi Caitlin O’ Reilly li ppubblikat ukoll ritratt antik tagħha flimkien ma’ missierha.

Apparti fis-soap opera General Hospital, l-attur ħadem ukoll f’diversi produzzjonijiet oħra fosthom Paper Dolls, is-serje oriġinali ta’ Beverly Hills 90210, Sunset Beach, Dallas, Dynasty, Iron Man, How The West Was Won u Passions.
Filwaqt li ma ngħatax tagħrif ta’ x’wassal għall-mewt tiegħu, bintu Caitlin qalet li tinsab grata li rnexxielha tasal fil-ħin biex isellimlu għall-aħħar darba.
Finola Hughes li kienet taħdem ma’ Reilly fis-sensiela General Hospital, ikkummentat li għaliha Reilly kien qisu ħuha l-kbir u ddeskrivietu bħala l-iktar persuna ġentili li kienet taf.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.