Imut Joe Sant, il-fundatur tal-ħwienet tal-Lira

Ilbieraħ miet Joe Sant, il-fundatur tal-ħwienet tal-Lira f’Malta, li jafu l-bidu tagħhom fl-1997. L-ewwel ħanut infetaħ fil-Ħamrun.

Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali sellmu l-memorja ta’ Joe Sant, iddeskrivewh bħala ġentlom u faħħruh għall-ħidma tiegħu b’risq l-ekonomija f’Malta.

Fl-1975, Joe Sant flimkien ma’ ħuh Albert beda n-negozju bil-bejgħ ta’ drappijiet fuq il-monti ta’ Birkirkara.