Filmat: Imut ‘James Bond’ tal-Olimpjadi f’Londra

Ir-raġel li fiċ-ċerimonja tal-Olimpjadi ta’ Londra s-sena li għaddiet tar b’parachute liebes ta’ James Bond tilef ħajtu lbieraħ, meta flimkien ma’ 19-il persuna oħra kien qed jipparteċipa f’attività bil-parachutes.

Mark Sutton, ta’ 42 sena minn Surrey, miet meta daħal f’muntanja wara li qabeż minn ħelikopter fl-Alpi Żvizzeri.

Huwa qabeż ma’ persuna oħra minn għoli ta’ 3,300 metru u ppjana li jillandja f’għalqa qrib il-villaġġ ta’ Le Peuty.

Sutton ġarrab ġrieħi gravi tant li ma setax jingħaraf u kellu jsir it-test tad-DNA.

Huwa kien għaddej b’veloċità ta’ 124 mph.

Bħalissa jinsabu għaddejjin l-investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit jekk ir-raġuni kinitx li kien qed itir viċin wisq tal-muntanja.