Imut iż-żgħażugħ li kien ħabat rasu wara li qabeż minn dgħajsa

Read in English.

Iż-żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena li ħabat rasu ma’ dgħajsa fis-17 t’Awwissu tilef ħajtu.

L-inċident kien seħħ għal ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fil-bajja ta’ San Ġorg f’San Ġiljan. Huwa prova jaqbeż fil-baħar, iżda ħabat rasu ma’ dgħajsa.

Aqra: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li qabeż minn dgħajsa

Wara li ttella’ l-art u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika permezz ta’ ambulanza, huwa kien ġie ċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt. Illum, tilef ħajtu kawża ta’ dawn il-ġrieħi.