Imut ix-xandar veteran Terry Wogan

Il-familja ta’ Terry Wogan ikkonfermat li x-xandar veteran Irlandiż tal-BBC, miet fl-età ta’ 77 sena wara ġlieda qasira mal-kanċer.
Wogan miet imdawwar minn qrabatu.  Id-Direttur Ġenerali tal-BBC, Tony Hall qal li Terry kien teżor nazzjonali.
Terry Wogan sar l-aktar magħruf għall-kummentarju tiegħu waqt il-festival tal-Eurovision u bejn l-1980 u l-2008.
Ħafna kienu jistennew il-kummenti satiriċi u ċiniċi dwar il-kanzunetti, il-kantanti u l-festival inġenerali.