Tħabbret il-mewt tal-assistent editur tat-Times of Malta Ivan Fenech. Fenech kien ukoll parti mill-produzzjoni tal-programm Aħn’aħna jew M’aħniex li kien jixxandar fit-tmeninijiet.
Skont is-sit Times of Malta, Fenech kien qed iħossu ma jiflaħx fil-kamra tal-aħbarijiet it-Tlieta filgħaxija. Huwa kellu 55 sena.
Intqal li ssieħeb mat-Times fit-tmeninijiet bħala ġurnalist sal-1997. Ħadem fit-teatru satiriku fit-80ijiet u d-90ijiet. Kienu jieħu sehem fil-programm satiriku Aħn’aħna jew M’aħniex.
Wara li tħabbret il-mewt tiegħu, xi kollegi ta’ Fenech ħallewlu messaġġi fuq il-midja soċjali.
Ivan, you were one of the first people I met when I joined the Times five years ago…probably while out smoking your…
Posted by Claire Caruana on Wednesday, June 12, 2019
Fenech ħalla warajh lil martu u lit-tifla tiegħu.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin sellmu l-memorja tal-ġurnalista. Huma qalu li t-telfa ta’ Ivan hija telfa għall-professjoni ġurnalistika. L-Istitut offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familja u lill-kollegi ta’ Ivan.